Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2013 – Herbacin cosmetic vs UASI - Laboratoire Garnier (HERBA SHINE)

(Kawża T-34/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali HERBA SHINE – Trade marks nazzjonali, Komunitarja u internazzjonali verbali preċedenti Herbacin – Raġuni relattiva għal rifjut – Użu ġenwin mit-trade marks preċedenti – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Herbacin cosmetic GmbH (Wutha-Farnroda, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Eberhardt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Laboratoire Garnier et Cie (Pariġi, Franza)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Novembru 2011 (Każ R 2255/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Herbacin cosmetic GmbH u l-Laboratoire Garnier et Cie.DispożittivId-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta’ Novembru 2011 (Każ R 2255/2010-1) hija annullata.L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.