Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Lulju 2012 - Hand Held Products vs UASI - Orange Brand Services (DOLPHIN)

(Kawża T-361/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DOLPHIN - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti DOLPHIN - Rifjut parzjali tal-oppożizzjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hand Held Products, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Güell Serra u M. Curell Aguilà, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment P. Bullock u R. Pethke, sussegwentement P. Bullock u G. Schneider, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Orange Brand Services Ltd (Bristol, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta' April 2011 (R 1443/2010-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Hand Held Products, Inc. u Orange Brand Services Ltd.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta' April 2011 (R 1443/2010-1) hija annullata sa fejn tiċħad l-oppożizzjoni fir-rigward tal-aċċessorji elettriċi u elettroniċi.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Hand Held Products, Inc. u l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 - ĠU C 269, 10.09.2011.