Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Mejju 2012 - Fortress Participations vs UASI - FIG u Fortress Investment Group (FORTRESS)
(Kawża T-314/11)
("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Fortress Participations BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalement L. J. van de Braak, avukat, B. Ladas, solicitor, u S. Malynicz, barrister, sussegwentement L. J. van de Braak, S. Malynicz, R. Black, solicitor, u V. Baxter, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: FIG LLC (New York, l-Istati Uniti); u Fortress Investment Group (UK) Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Gray u R. Mallinson, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta' April 2011 (Każ R 354/2009-2) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn FIG LLC u Fortress Investment Group (UK), minn naħa, u Fortress Participations BV, min-naħa l-oħra.
Dispożittiv
1) Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
2) Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-konvenut. L-intervenjenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
____________1 - ĠU C 238, 13.08.2011.