Rikors ippreżentat fit-3 ta' Frar 2009 - Ifemy's vs UASI - Dada & Co Kids (Dada & Co. kids)
(Kawża T-50/09)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ifemy's Holding GmbH (Munich, Germany) (rappreżentant H.G. Augustinowski, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dada & Co Kids Srl (Prato, l-Italja)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-27 ta' Novembru 2008, fil-Każ R 911/2008-4; u
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "Dada & Co. kids", għal prodotti fil-klassi 25
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: trade mark verbali "DADA" rreġistrata bħala trade mark Ġermaniża bin-Nru 30 114 449 għal prodotti fil-klassi 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-prinċipji tat-trattament ugwali, tal-kompetizzjoni leali u tal-istat tad-dritt, kif stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 KE, kif ukoll tal-Artikoli 43 u 80(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 u tar-Regoli 50(2) u 80(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95
1, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li indikat applikant b'ieħor u, barra minn hekk, peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b'mod żbaljat li r-rikorrenti kienet ingħatat kull opportunità quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni sabiex tippreżenta l-provi rilevanti.
____________1 - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta' Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU L 303, p. 1).