Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2015 – FSA vs UASI – Motokit Veículos e Acessórios (FSA K-FORCE)

(Kawża T-558/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali FSA K-FORCE – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti FORCE-X – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: FSA Srl (Busnago, l-Italja) (rappreżentanti: M. Locatelli u M. Cartella, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Motokit Veículos e Acessórios, SA (Vagos, il-Portugall)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Awwissu 2013 (Każ R 436/2012-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Motokit Veículos e Acessórios, SA u FSA Srl.DispożittivId-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-5 ta’ Awwissu 2013 (Każ R 436/2012-2) hija annullata. L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż