Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-22 ta' Novembru 2007 - Carpi Badía vs Il-Kummissjoni
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Punti ta' priorità - Fajl personali inkomplet - Ommissjoni tal-punti ta' priorità mill-fajl informatiku ta' promozzjoni magħruf bħala 'Sysper 2' - Problema teknika - Kumitat ta' Promozzjoni A* - Għoti ta' numru anqas ta' punti minn dak li kien propost mill-ġerarkija)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: José María Carpi Badía (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: B. Cortese u C. Cortese, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u K. Herrmann)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-awtorità tal-ħatra li tagħti lir-rikorrent, uffiċjal tal-Kummissjoni li bi żball ma ġiex inkluż fil-lista ta' promozzjoni tad-DĠ tiegħu, numru ta' punti ta' priorità anqas minn dak li dan ta' l-aħħar xtaq itih u insuffiċjenti biex jippermettilu li jiġi promoss fil-proċedura ta' promozzjoni 2005.
Dispożittiv
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, li tagħti lis-Sur Carpi Badía numru insuffiċjenti ta' punti ta' priorità biex jiġi promoss fil-proċedura ta' promozzjoni 2005, hija annullata.
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, li tistabbilixxi l-lista ta' l-uffiċjali promossi fil-proċedura ta' promozzjoni 2005, ippubblikata fl-Avviżi Amministrattivi Nru 85-2005, tat-23 ta' Novembru 2005, hija annullata safejn din ma tikkontjenix l-isem tas-Sur Carpi Badía.
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tas-Sur Carpi Badia u l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 281, 18.11.2006, p. 48.