Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Settembru 2012 - Video Research USA vs UASI

(Kawża T-267/11) 

["Trade mark Komunitarja - Trade mark Komunitarja figurattiva VR - Nuqqas ta' talba għat-tiġdid tat-trade mark - Kanċellazzjoni tat-trade mark wara l-iskadenza tar-reġistrazzjoni - Applikazzjoni għal restitutio in integrum - Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Video Research USA, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: B. Brandreth, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-appell tal-UASI, fit-8 ta' Marzu 2011 (Każ R 1187/2010-2), dwar applikazzjoni għal restitutio in integrum.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Video Research USA, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 211, 16.07.2011.