Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2016 – Franza u IFP Énergies nouvelles vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-479/11 u T-157/12) 1

[“Għajnuna mill-Istat – Tiftix għaż-żejt – Garanzija impliċita u illimitata tal-Istat mogħtija lill-Institut français du pétrole (IFP) permezz tal-għoti tal-istatus ta’ stabbiliment pubbliku ta’ natura industrijali u kummerċjali (EPIC) – Vantaġġ – Preżunzjoni ta’ vantaġġ”]

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment E. Belliard, G. de Bergues, B. Beaupère-Manokha u J. Gstalter, sussegwentement E. Belliard, G. de Bergues, J. Gstalter u S. Menez, sussegwentement G. de Bergues, S. Menez, D. Colas u J. Bousin, u fl-aħħar nett G. de Bergues, D. Colas u J. Bousin, aġenti) (Kawża T-479/11); u IFP Énergies nouvelles (Rueil-Malmaison, Franza) (rappreżentanti: inizjalment É. Morgan de Rivery u A. Noël-Baron, sussegwentement É. Morgan de Rivery u E. Lagathu, avukati) (Kawża T-157/12)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, D. Grespan u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/26/UE, tad-29 ta’ Ġunju 2011, dwar l-Għajnuna mill-Istat C 35/08 (eks-NN 11/08) mogħtija minn Franza lill-istabbiliment pubbliku “Institut Français du Pétrole” (ĠU 2012, L 14, p. 1).

Dispożittiv

L-Artikolu 1(3) sa (5) u l-Artikoli 2 sa 12 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/26/UE, tad-29 ta’ Ġunju 2011, dwar l-Għajnuna mill-Istat C 35/08 (eks-NN 11/08) mogħtija minn Franza lill-istabbiliment pubbliku “Institut Français du Pétrole”, huma annullati.

Il-kumplament tar-rikorsi huwa miċħud.

Il-Kummissjoni għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha fil-Kawżi T-479/11 u T-157/12 u żewġ terzi tal-ispejjeż tar-Repubblika Franċiża u ta’ IFP Énergies nouvelles.

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha u terz tal-ispejjeż tal-Kummissjoni fil-Kawża T-479/11.

IFP Énergies nouvelles għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha u terz tal-ispejjeż tal-Kummissjoni fil-Kawża T-157/12.

____________

1 ĠU C 340, 19.11.2011.