Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2020 – France u IFP Énergies nouvelles vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-479/11 RENV u T-157/12 RENV) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Tiftix għaż-żejt – Skema ta’ għajnuna implimentata minn Franza − Garanzija impliċita u illimitata tal-Istat mogħtija lill IFPEN permezz tal-għoti tal-istatus ta’ EPIC – Vantaġġ – Preżunzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent fil-Kawża T-479/11 RENV: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentant: P. Dodeller, aġent)

Rikorrent fil-Kawża T-157/12: IFP Énergies nouvelles (Rueil-Malmaison, Franza) (rappreżentanti: E. Lagathu u É. Barbier de La Serre, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u D. Grespan, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall‑annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/26/UE tad‑29 ta’ Ġunju 2011 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 35/08 (ex NN 11/08) mogħtija minn Franza lill-istabbiliment pubbliku “Institut Français du Pétrole” (ĠU 2012, L 14, p. 1).

Dispożittiv

L-Artikolu 5(3) u (4), kif ukoll l-Artikolu 6(1) sa fejn dan jirrigwarda l-impatt massimu tal-garanzija tal-Istat kif stmat fl-Artikolu 5(3) u (4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/26/UE tad‑29 ta’ Ġunju 2011 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 35/08 (ex NN 11/08) mogħtija minn Franza lill-istabbiliment pubbliku Institut Français du Pétrole huma annullati.

Il-kumplament tar-rikorsi huma miċħuda.

Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika Franċiża u IFP Énergies nouvelles għandhom, kull wieħed minnhom, ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom sostnuti fil-Kawżi T-479/11 u T-157/12.

Ir-Repubblika Franċiża, IFP Énergies nouvelles u l-Kummissjoni għandhom, kull wieħed minnhom, ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom sostnuti fil-Kawża C-438/16 P.

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni fil-Kawża T-479/11 RENV.

IFP Énergies nouvelles u l-Kummissjoni għandhom, kull wieħed minnhom, ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom sostnuti fil-Kawża T-157/12 RENV.

____________

1     ĠU C 340, 19.11.2011.