Language of document : ECLI:EU:T:2010:305





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Lulju 2010 – Toqueville vs UASI – Schiesaro (TOCQUEVILLE 13)

(Kawża T-510/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark Komunitarja verbali TOCQUEVILLE 13 – Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-preżentata ta’ appell mid-deċiżjoni ta’ revoka – Applikazzjoni għal restitutio in integrum – Artikolu 78 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Dispożizzjonijiet proċedurali - Restitutio in integrum (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 78(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 77) (ara l-punti 58-63)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Awwissu 2008 (Każ R 829/2008-2), dwar applikazzjoni għal restitutio in integrum ippreżentata mir-rikorrenti.

Informazzjoni dwar il-kawża

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ applikazzjoni għal revoka:

Trade mark verbali TOCQUEVILLE 13 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 41 u 42 – Trade mark Komunitarja Nru 1406982

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:

Toqueville Srl

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja:

Marco Schiesaro

Deċiżjoni kkontestata quddiem il-Bord tal-Appell:

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tilqa’ t-talba għar-revoka parzjali tat-trade mark inkwistjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud bħala inammissibbli u t-talba għar-restitutio in integrum dwar it-terminu għall-preżentata tal-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni miċħuda


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Antartica Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.