Language of document : ECLI:EU:T:2011:253





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2011 – Psytech International vs UASI – Institute for Personality & Ability Testing (16PF)

(Kawża T-507/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali 16PF – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru distintiv – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Nuqqas ta’ sinjali li saru komuni – Nuqqas ta’ mala fide – Artikoli 7(1)(b) sa (d) u 51(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikoli 7(1)(b) sa (d) u 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

1.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7(1)(b) sa (d) tar-Regolament Nru 40/94 (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 7(1)(b) sa (d), u 51(1)(a)) (ara l-punti 32-35, 59-65, 78, 79)

2.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Applikant in male fide fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 51(1)(b)) (ara l-punti 89-93)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Lulju 2008 (Każ R 1012/2007‑2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Psytech International Ltd u Institute for Personality & Ability Testing, Inc.

Informazzjoni dwar il-kawża

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:

It-trade mark verbali 16PF għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 41 u 42 – Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 1892652

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:

Institute for Personality &Ability Testing, Inc.

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja:

Psytech International Ltd

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:

Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Psytech International Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.