Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Awwissu 2009 - Novartis vs UASI - Sanochemia Pharmazeutika (TOLPOSAN)

(Kawża T-331/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: N. Hebeis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sanochemia Pharmazeutika AG

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni R 1601/2007-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tat-18 ta' Ġunju 2009;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Sanochemia Pharmazeutika AG

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "TOLPOSAN" għal prodotti fil-klassi 5 (Applikazzjoni Nru 4 134 383)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali "TONOPAN" għal prodotti fil-klassi 5 (Nru 227 508)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 207/2009  għaliex ma teżistix probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).