Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta' April 2012 - Bolívar Cerezo vs UASI - Renovalia Energy (RENOVALIA)

(Kawża T-166/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Juan Bolívar Cerezo (Granada, Spanja) (rappreżentant: I. M. Barroso Sánchez-Lafuente, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Renovalia Energy, SA (Villarobledo, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell, tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-26 ta' Jannar 2012 fil-Każ R 663/2011-1, u, konsegwentement, tirreġistra t-trade mark Komunitarja Nru 8 631 814 "RENOVALIA" għall-"assigurazzjoni, affarijiet finanzjarji; affarijiet monetarji, affarijiet ta' proprjetà immobbli" fil-klassi 36;

tikkundanna għall-ispejjeż lill-partijiet li jopponu dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali "RENOVALIA" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 11, 25, 35, 36, 37 u 41 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 631 814

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Renovalia Energy, SA

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali Spanjoli "RENOVA ENERGY" u "RENOVAENERGY" kif ukoll l-isem kummerċjali "RENOVALIA" għal servizzi fil-klassi 36

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade mark Spanjola Nru 2 715 975 "RENOVALIA" tar-rikorrent u t-trade marks Spanjoli ta' min ressaq l-oppożizzjoni u għandha titressaq quddiem il-qorti Spanjola kompetenti talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità kontra dawn it-trade marks, li twassal sabiex dawn it-trade marks ma jkunux validi sabiex issir oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni.

____________