Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Novembru 2012 - Alstom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-164/12 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tittrażmetti dokumenti lil qorti nazzjonali - Kunfidenzjalità - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Talba għal miżuri provviżorji - Fumus boni juris - Urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alstom (Levallois Perret, Franza) (rappreżentanti: J. Derenne, avukat, N. Heaton, P. Chaplin u M. Farley, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Antoniadis, N. Khan u P. Van Nuffel, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: National Grid Electricity Transmission plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Magnus, C. Bryant u E. Coulson, solicitors, J. Turner u D. Beard, QC)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2012 li tinsab fl-ittri D/2012/006840 u D/2012/006863 tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna t-trażmissjoni ta' ċerti dokumenti lill-High Court of Justice (England & Wales) sabiex jintużaw bħala provi fil-kuntest ta' kawża kontra r-rikorrenti, u talba għal ordni ta' trattament kunfidenzjali fil-kuntest tal-proċeduri għal miżuri provviżorji tas-sigrieti professjonali li jinsabu fit-tweġiba tar-rikorrenti tat-30 ta' Ġunju 2006 għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet fil-Każ COMP/F/38.899 - Switchgear iżolat bil-gass

Dispożittiv

L-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2012, sa fejn tikkonċerna t-trażmissjoni lill-High Court of England and Wales tal-verżjoni kunfidenzjali tat-tweġiba ta' Alstom tat-30 ta' Ġunju 2006 għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet fil-Każ COMP/F/38.899 - Switchgear Iżolat bil-Gass, hija sospiża.

Il-kumplament tat-talba għal miżuri provviżorji huwa miċħud.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________