Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2013 – Unibail Management vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji u erba’ stilel)

(Kawża T-686/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Unibail Management (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: L. Bénard, A. Rudoni, O. Klimis, avukati)

Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-3 ta’ Settembru 2013, fil-Każ R 300/2013-2 inkwantu rrifjutat ir-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 10 940 161 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 36, 38, 41 u 42;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva komposta minn erba’ stilel b’ħames punti, ippreċeduti u segwiti minn linja orizzontali għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 36, 38, 39, 41, 42 u 43 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 940 161

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b), flimkien mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009