Language of document :

Appell ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2024 minn Feed SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-20 ta’ Diċembru 2023 fil-Kawża T-27/23 – Feed vs EUIPO - The Feed.com (THE FEED)

(Kawża C-19/24 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Feed SA (rappreżentanti: V. Bouchara, A. Maier, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, The Feed.com, Inc.

Permezz ta’ digriet tal-24 ta’ April 2024, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma għandux jiġi ammess u kkundannat lill-appellanti tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________