Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 Diċembru 2012 - Il-Kummissjoni vs Strack
(Kawża T-197/11 P u T-198/11 P P)
["Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Aċċess għad-dokumenti - Artikoli 26 u 26a tar-Regolamenti tal-Persunal - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Inammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza - Assenza ta' att li jikkawża preġudizzju - Artikolu 90(a) Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja"]
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u B. Eggers, aġenti)
Appellat: Guido Strack (Cologne, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Suġġett
Żewġ appelli mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla), tal-20 ta' Jannar 2011, Strack vs Il-Kummissjoni (F-121/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.
Dispożittiv
Il-Kawżi T-197/1 P u T-198/11 P ingħaqdu għall-finijiet ta' din is-sentenza.
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-20 ta' Jannar 2011, Strack vs Il-Kummissjoni (F-121/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), hija annullata peress li l-imsemmi Tribunal huwa kkunsidrat kompetenti biex jisma' rikors għall-annullament kontra deċiżjoni meħuda skont ir-Regolament Nru 1049/2001.
L-appell fil-Kawża T-198/11 P huwa miċħud.
Guido Strack għandu jbati, l-ispejjeż tiegħu fil-Kawżi T-197/11 P u T-198/11 P kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawża T-198/11 P.
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha fil-Kawża T-197/11 P.
G. Strack huwa kkundannat iħallas lill-Qorti Ġenerali somma ta' EUR 2000 bħala rimbors ta' parti mill-ispejjeż sostnuti minnha.
____________1 - ĠU C 186, 25.6.2011.