Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale regionale di giustizia amministrativa della Regione autonoma Trentino - Alto Adige/Südtirol (l-Italja) fil-15 ta’ Jannar 2024 – LNDC Animal Protection vs Provincia autonoma di Trento

(Kawża C-31/24, LNDC Animal Protection - II)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale regionale di giustizia amministrativa della Regione autonoma Trentino - Alto Adige/Südtirol

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: LNDC Animal Protection

Konvenut: Provincia autonoma di Trento

Domandi preliminari

Fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa 1 , ladarba tiġi kkonstatata l-eżistenza tal-kundizzjoni relatata mal-eżistenza ta’ wieħed mill-każijiet espressament identifikati fil-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 16, kif ukoll tal-kundizzjoni relatata mal-fatt li “d-deroga mhix ta’ dannu għall-ħarsien tal-popolazzjonijiet ta’ l-ispeċi konċernati fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli fil-firxa naturali tagħhom”, għall-finijiet tal-ħruġ tal-awtorizzazzjoni għad-deroga mill-projbizzjoni ta’ “l-forom kollha ta’ qbid volontarju jew qtil ta’ kampjuni minn dawn l-ispeċi fis-selvaġġ”, imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 12 tal-istess direttiva, il-kundizzjoni ulterjuri relatata mal-fatt li “ma jkunx hemm alternattiva sodisfaċenti”, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-awtorità kompetenti għandha turi l-assenza ta’ alternattiva sodisfaċenti li tista’ tevita t-tneħħija tal-annimal mill-ambjent naturali tiegħu, li tagħti lok għall-possibbiltà tal-għażla motivata tal-miżura li għandha tiġi adottata fil-prattika, li tista’ tikkonsisti fil-qbid tal-annimal bil-għan li jinżamm fil-magħluq jew li jinqatel, b’dawn il-miżuri jitqiegħdu fuq l-istess livell?

jew

Fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 92/43/KEE, ladarba tiġi kkonstatata l-eżistenza tal-kundizzjoni relatata mal-eżistenza ta’ wieħed mill-każijiet espressament identifikati fil-punt (a) sal-punt (e) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 16, kif ukoll tal-kundizzjoni relatata mal-fatt li “d-deroga mhix ta’ dannu għall-ħarsien tal-popolazzjonijiet ta’ l-ispeċi konċernati fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli fil-firxa naturali tagħhom”, għall-finijiet tal-ħruġ tal-awtorizzazzjoni għad-deroga mill-projbizzjoni ta’ “l-forom kollha ta’ qbid volontarju jew qtil ta’ kampjuni minn dawn l-ispeċi fis-selvaġġ”, imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 12 tal-istess direttiva, il-kundizzjoni ulterjuri relatata mal-fatt li “ma jkunx hemm alternattiva sodisfaċenti”, għandha tiġi interpretata fis-sens li din primarjament torbot lill-awtorità kompetenti bl-għażla tal-qbid għal żamma fil-magħluq (fil-magħluq b’mod permanenti) u li biss fil-każ ta’ impossibbiltà oġġettiva u mhux temporanja ta’ din is-soluzzjoni tippermetti t-tneħħija bil-qtil, u b’hekk ikun hemm ġerarkija rigoruża bejn tali miżuri?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 1.