Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Lulju 2012 - Aiello vs UASI - Cantoni ITC (100 % Capri)

(Kawża T-279/09) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Notifika tan-nota tal-parti li qed topponi quddiem il-Bord tal-Appell - Regola 50(1), Regola 20(2) u Regola 67(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Drittijiet tad-difiża"]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Antonino Aiello (Vico Equense, l-Italja) (rappreżentanti: M. Coccia u L. Pardo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Montalto, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cantoni ITC SpA (Milano, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta' April 2009 (Każ R 1148/2008-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Cantoni ITC SpA u Antonino Aiello.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-2 ta' April 2009 (Każ R 1148/2008-1), hija annullata.

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 220, 12.09.2009.