Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2023 – Boshab vs Il-Kunsill

(Kawża T-89/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Évariste Boshab (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2412 tat-8 ta’ Diċembru 2022 1 , sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 5 tal-anness ta’ din id-deċiżjoni;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2401 tat-8 ta’ Diċembru 20221 , sa fejn dan iżomm lir-rikorrent fin-Nru 5 tal-Anness I ta’ dan ir-regolament.

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-88/23, Kande Mupompa vs Il-Kunsill.

____________

1  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2412 tat-8 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2022, L 317, p. 122).

1  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2401 tat-8 ta’ Diċembru 2022 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi speċifiċi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2022, L 317, p. 32).