Rikors ippreżentat fl-14 ta' Marzu 2011 - Yoro vs Il-Kunsill
(Kawża T-146/11)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Claude Yoro (Abidjan, ir-Repubblika tal-Côte d'Ivoire) (rappreżentant: G. Collard, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tikkonstata li, fir-rigward tar-rikorrent, C. YORO, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2001, tal-14 ta' Jannar 2011, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta' Jannar 2011, ippubblikata fil-15 ta' Jannar 2011 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ma humiex fondati fil-fatt,
għaldaqstant,
tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2001, tal-14 ta' Jannar 2011, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta' Jannar 2011;
sussidjarjament, tordna li isem C. YORO jitneħħa mil-listi mehmuża mal-imsemmi regolament u mal-imsemmija deċiżjoni.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrent huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-137/11, Guiai Bi Poin vs Il-Kunsill.
____________