Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia del País Vasco (Spanja) fid29 ta’ Settembru 2023 – Credit Suisse Securities (Europe) Ltd vs Tribunal Económico-Administrativo Foral de Bizkaia (TEAFB)
(Kawża C601/23, Credit Suisse Securities (Europe))
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-Rinviju
Tribunal Superior de Justicia del País Vasco
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Credit Suisse Securities (Europe) Ltd
Konvenut: Tribunal Económico-Administrativo Foral de Bizkaia (TEAFB)
Domanda preliminari
L-Artikolu 63 TFUE, dwar il-moviment liberu tal-kapital, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lir-Renju ta’ Spanja, u b’mod partikolari, lit-territorju storiku fiskalment awtonomu ta’ Bizkaia, milli, minkejja li japplika l-istess perċentwali kemm għall-persuni residenti kif ukoll għal dawk mhux residenti, ma jirrimborsax lill-persuni mhux residenti t-taxxa f’ras l-għajn miġbura meta jitħallsu dividendi minn entità residenti — u li ma jirnexxilhomx jinnewtralizzawha abbażi tal-konvenzjoni għall-ħelsien mit-taxxa doppja —, filwaqt li r-residenti li wkoll ibatu telf matul is-sena finanzjarja jirċievu rimbors sħiħ ta’ din it-taxxa?
____________