Language of document : ECLI:EU:T:2012:585





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Novembru 2012 — Giordano vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-114/11)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Sajd — Konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd — Rikostituzzjoni tal-ħażniet tat-tonn aħmar — Miżuri ta’ emerġenza li jipprekludu s-sajd b’bastimenti bil-purse seines — Aġir illeċitu — Rabta kawżali”

1.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Kundizzjonijiet kumulattivi — Obbligu għall-qorti li teżaminahom f’ordni partikolari — Assenza (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 12, 13)

2.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Dannu reali u ċert — Oneru tal-prova (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punt 15)

3.                     Sajd — Konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar — Skema tal-kwoti tas-sajd — Kunċett — Limitu teoretiku ta’ qbid massimu — Garanzija għas-sajjieda sabiex ikunu jistgħu jistadu l-kwota kollha — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 2371/2002; Regolament tal-Kummissjoni Nru 530/2008) (ara l-punt 18)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż li jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008, tat-12 ta’ Ġunju 2008, li jistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45°W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jean-François Giordiano huwa kkundannat għall-ispejjeż.