Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Diċembru 2012 - Coppenrath-Verlag vs UASI - Sembella (Rebella)

(Kawża T-551/12)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Coppenrath-Verlag GmbH & Co. KG (Münster, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Pohl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sembella GmbH (Timelkam, l-Awstrija)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-5 ta' Ottubru 2012, fil-Każ R 1681/2011-2;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Rebella" għal prodotti fil-klassijiet 20 u 24 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 498 735

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Sembella GmbH

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali "Sembella" għal prodotti fil-klassijiet 17, 20 u 22

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud u reġistrazzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009 kif ukoll ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________