Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) tas‑27 ta’ Ottubru 2023 –
Brooks England vs EUIPO
(Kawża C‑504/23 P)
“Appell – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ammissjoni tal-Appelli – Artikolu 170b tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Talba li ma turix li kwistjoni hija sinjifikattiva għall-unità, għall-konsistenza jew għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Nuqqas ta’ ammissjoni tal-appell”
1. Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Kwistjoni sinjifikattiva għall-unità, għall-konsistenza jew għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Oneru tal-prova
(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 170a(1) u 170b)
(ara l-punt 13)
2. Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Talba għall-ammissjoni ta’ appell – Rekwiżiti formali – Portata
(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 170a(1) u 170b)
(ara l-punti 14 sa 16)
3. Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Kwistjoni sinjifikattiva għall-unità, għall-konsistenza jew għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Motivazzjoni insuffiċjenti jew kontradittorja – Talba għal ammissjoni li ma turix in-natura sinjifikattiva tal-kwistjoni – Nuqqas ta’ ammissjoni
(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 170a(1) u 170b)
(ara l-punt 17)
4. Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Kwistjoni sinjifikattiva għall-unità, għall-konsistenza jew għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Talba għal ammissjoni li ma turix in-natura sinjifikattiva tal-kwistjoni – Nuqqas ta’ ammissjoni
(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 170a(1) u 170b)
(ara l-punti 18, 20 sa 24)
5. Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Kwistjoni sinjifikattiva għall-unità, għall-konsistenza jew għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Kuntrarjetà mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tal-Qorti Ġenerali – Talba għal ammissjoni li ma turix in-natura sinjifikattiva tal-kwistjoni – Nuqqas ta’ ammissjoni
(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 170a(1) u 170b)
(ara l-punt 19)
Dispożittiv
1) | | L-appell ma huwiex ammess. |
2) | | Brooks England Ltd għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |