Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2019 – Gres de Aragón vs EUIPO (GRES ARAGÓN)

(Kawża T-624/18) 1

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva GRES ARAGÓN – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ liġi)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Gres de Aragón, SA (Alcalñiz, Spanja) (rappreżentant: J. Learte Álvarez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas, H. O’Neill u D. Botis, aġenti)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Awwissu 2018 (Kawża R 2269/2017-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv GRES ARAGÓN bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-16 ta’ Awwissu 2018 (Kawża R 2269/2017-1) hija annullata.

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 445, 10.12.2018.