Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Novembru 2012 - Getty Images vs UASI (PHOTOS.COM)

(Kawża T-338/11) 

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-Trade mark Komunitarja verbali PHOTOS.COM - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta' karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Assenza ta' karattru distintiv miksub bl-użu - Artikolu 7(1)(b) u (c), u (3) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Getty Images (US), Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti tal-Amerka) (rappreżentant: P.G. Olson, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Suġġett

Appell kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta' April 2011 (Każ R 1831/2010-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PHOTOS.COM bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Getty Images (US), Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 252, 27.08.2011.