Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-28 ta’ Frar 2024 – GMG Srl, fi stralċ vs Ministero della Giustizia

(Kawża C-157/24, GMG)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: GMG Srl, fi stralċ

Konvenut: Ministero della Giustizia

Domandi preliminari

Id-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali 1 , kif emendata bid-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (riformulazzjoni) 2 u, b’mod partikolari, l-Artikoli 1, 2(1) u (2) u 4(3) tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni jew prassi nazzjonali li:

(a)    teskludi mill-klassifikazzjoni bħala tranżazzjonijiet kummerċjali fis-sens tad-Direttiva, provvisti ta’ servizzi mwettqa bi ħlas mill-fornituri ta’ servizzi ta’ kiri tat-tagħmir intiż għall-interċettazzjoni fuq talba tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, u b’hekk tissuġġettahom għad-dispożizzjonijiet sostantivi u proċedurali tar-reġim ta’ spejjeż legali straordinarji;

(b)    teskludi, konsegwentement, mir-regoli relattivi għall-interessi previsti mid-Direttiva, l-imsemmija provvisti mwettqa bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ kiri u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku?

Id-Direttiva 2000/35/KE, kif emendata bid-Direttiva 2011/7/UE u, b’mod partikolari, l-Artikolu 10(1) tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni jew prassi nazzjonali li tipprevedi perijodu ta’ żmien indeterminat (“mingħajr dewmien”) għall-ħlas tal-ammont dovut lil fornitur ta’ servizzi ta’ kiri, b’tali mod li jkun possibbli li dawn il-krediti ma jiġux invokati b’mod li effettivament jista’ jiġi implimentat u b’mod kompletament sodisfaċenti?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 226.

1     ĠU 2011, L 48, p. 1.