Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta' Ottubru 2009 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rijfut ta' istituzzjoni li tittraduċi deċiżjoni - Rikors manifestament infondat fid-dritt - Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura)
Lingwa tal-kawża:It-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li ma tiġix tradotta nota fil-lingwa magħżula mir-rikorrent - Talba għad-danni.
Dispożittiv
Ir-rikors ta' L. Marcuccio huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.
L. Marcuccio huwa kkundannat għall-ispejjeż.
L. Marcuccio huwa kkundannat iħallas lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku s-somma ta' EUR 1 000.
____________1 - ĠU C 64, 0.8.03.2008, p. 68.