Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Ottubru 2010 - Dorma vs UASI - Puertas Doorsa (doorsa FÁBRICA DE PUERTAS AUTOMÁTICAS)

(Kawża T-500/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dorma GmbH & Co. KG (Ennepetal, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Puertas Doorsa, SL (Petrel, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta' Awwissu 2010 fil-Każ R 542/2009-4; u

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "doorsa FÁBRICA DE PUERTAS AUTOMÁTICAS", għal prodotti fil-klassijiet 6, 9 u 19 - Applikazzoni għal trade mark Komunitarja Nru 4884359

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni ta' trade mark Ġermaniża Nru 39525884 tat-trade mark figurattiva "DORMA", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 9, 16, 19 u 37; ir-reġistrazzjoni ta' trade mark tar-Renju Unit Nru 2201691 tat-trade mark verbali "DORMA" għal prodotti fil-klassijiet 6, 7, 9, 16 u 19; ir-reġistrazzjoni ta' trade mark Internazzjonali Nru 722009 tat-trade mark figurattiva "DORMA" għal prodotti fil-klassijiet 6, 7, 9, 16 u 19

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ir-rikorrenti tikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell applika b'mod ħażin id-dispożizzjonijiet ta' dan l-artikolu għat-trade mark ikkontestata.

____________