Language of document : ECLI:EU:T:2007:394

DIGRIET TAL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (Awla tal-Appell)

14 ta’ Diċembru 2007

Kawża T-311/07 P

Bart Nijs

vs

Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej

“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Deċiżjoni li tista’ tkun is-suġġett ta’ appell – Digriet li jordna t-tneħħija ta’ ċerti partijiet ta’ nota – Appell manifestament inammissibbli”

Suġġett: Appell ippreżentat mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (it-Tieni Awla) tas-16 ta’ Mejju 2007, Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri (F‑49/06, mhux ippubblikat fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Deċiżjoni: L-appell huwa mċħud bħala manifestament inammissibbli. Bart Nijs għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

Sommarju

Appell – Ammissibbiltà – Deċiżjonijiet li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ appell

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Anness I, Artikolu 9; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 145)

Appell ippreżentat minn digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li jordna t-tneħħija ta’ ċerti partijiet ta’ nota għandu jiġi miċħud bħala manifestament inammissibbli, b’applikazzjoni tal-Artikolu 145 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza. Tali digriet ma jaqax taħt il-kategorija tad-deċiżjonijiet li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ appell fis-sens tal-Artikolu 9 tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(ara l-punti 6 sa 10)