Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Settembre 2010 - adp Gauselmann vs UASI - Maclean (Archer Maclean's Mercury)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Archer Maclean's Mercury - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Merkur - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009])
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: adp Gauselmann GmbH (Espelkamp, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Archer Maclean (Banbury, Oxfordshire, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta' Jannar 2009 (Każ R 1266/2007-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn adp Gauselmann GmbH u Archer Maclean.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
adp Gauselmann GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 113, 16.05.2009