Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2014 – Frucona Košice vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-103/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Frucona Košice a.s. (Košice, is-Slovakkja) (rappreżentanti: K. Lasok, QC, B. Hartnett, Barrister, O. Geiss, avukat, u J. Holmes, Barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 6261, tas-16 ta’ Ottubru 2013, dwar l-Għajnuna mill-Istat Nru SA.18211 (C 25/2005), indirizzata lir-Repubblika Slovakka; u

tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tad-drittijiet tad-difiża.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi fil-premessa 83 tad-deċiżjoni kkontestata.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ fatt u żball ta’ liġi meta kkonkludiet li kien ikun iktar vantaġġjuż għall-awtoritajiet fiskali Slovakki li kieku bdew proċedura ta’ insolvenza (premessi 88 sa 119 tad-deċiżjoni kkontestata).

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni żbaljat meta kkonkludiet li l-proċedura ta’ eżekuzzjoni fiskali kienet twassal għal dħul ikbar minn dak li rriżulta mill-proċedura ta’ arranġament.