Language of document : ECLI:EU:T:2014:255





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2014 — Frucona Košice vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑103/14 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Alkoħol u spirti — Annullament ta’ dejn fiskali fil-kuntest ta’ proċedura kollettiva ta’ insolvenza — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza — Nuqqas ta’ fumus boni juris”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni — Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE, u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 16-18, 23, 67)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Rekwiżiti proċedurali — Preżentazzjoni tat-talbiet — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Motivi ta’ dritt li ma ġewx esposti fir-rikors u fin-noti — Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra — Inammissibbiltà (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c), u 104(3) (ara l-punti 22, 46)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Oneru tal-prova — Dannu finanzjarju — Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti — Evalwazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza tal-impriża (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 51-54, 57, 64)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat — Eżistenza quddiem il-qorti nazzjonali ta’ rimedji kontra l-miżuri nazzjonali ta’ eżekuzzjoni — Setgħa tal-qorti tal-Unjoni li tieħu inkunsiderazzjoni dawn ir-rimedji fil-kuntest tal-evalwazzjoni fuq il-mertu tat-talba għal miżuri provviżorji (Artikoli 263 TFUE, 267 TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 59, 60)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat — Interess ġenerali difiż mill-Kummissjoni u interess tal-benefiċjarju tal-għajnuna — Assenza ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali — Supremazija tal-interess ġenerali (Artikoli 108(2) TFUE u 278 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 7) (ara l-punti 68, 69)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 6261 finali, tas-16 ta’ Ottubru 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.18211(C 25/2005) (ex NN 21/2005), implementata mir-Repubblika Slovakka favur Frucona Košice a.s., sa fejn din tordna lir-Repubblika Slovakka tirkupra l-għajnuna.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.