Language of document : ECLI:EU:T:2011:80





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2011 – Castiglioni vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-591/10 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Ċaħda ta’ offerta – Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Ksur tar-rekwiżiti proċedurali – Inammissibbiltà”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 11, 12)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Telf ta’ opportunità li tirriżulta mill-esklużjoni ta’ offerent fi proċedura ta’ sejħa għal offerti – Telf li minnu nnifsu ma jikkostitwixxix dannu gravi – Evalwazzjoni – Teħid inkunsiderazzjoni tad-daqs tal-impriża – Oneru tal-prova (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 14, 17)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Rekwiżiti proċedurali – Preżentazzjoni tat-talbiet – Sunt tal-motivi invokati – Motivi ta’ fatt u ta’ liġi li ma ġewx esposti fir-rikors u fin-noti – Inammissibbiltà (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2) u (3)) (ara l-punt 18)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Rikors – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba – Preżentata ta’ nota komplementari bl-għan li tirrimedja għan-nuqqasijiet – Inkompatibbiltà mal-proċeduri għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 104(2) u (3), u 109) (ara l-punt 20)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji mressqa fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt relatat mal-konklużjoni ta’ ftehim-qafas multiplu għall-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, ta’ rinovazzjoni u ta’ manutenzjoni ta’ bini u infrastrutturi fis-sit ta’ Ispra (l-Italja) taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.