Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2013 – Castiglioni vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-59/10) 1

(“Rikors għal annullament – Rikors għad-danni – Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Kostruzzjoni, ristrutturar u manutenzjoni ta’ bini u ta’ infrastruttura fis-sit ta’ Ispra taċ-Ċentru Komuni ta’ Riċerka – Kriterji ta’ selezzjoni – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor – Motivi ġodda – Rikors parzjalment manifestament nieqes minn kull bażi legali u parzjalment manifestament inammissibbli”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Castiglioni Srl (Busto Arsizio, l-Italja) (rappreżentant: G. Turri, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Delaude u N. Bambara, sussegwentement minn S. Delaude u F. Moro, aġenti, assistiti minn D. Gullo, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ottubru 2010, li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti ISM/2010/C05/004/0C dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim qafas multiplu għat-twettieq ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, ta’ ristrutturazzjoni u ta’ manteniment tal-bini u tal-infrastruttura fis-sit ta’ Ispra taċ-Ċentru Komuni ta’ Riċerka tal-Kummissjoni, u tas-sejħa għal offerti, u tad-deċiżjoni li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor, kif ukoll tal- min-naħa l-oħra, talba għad-danni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Castiglioni Srl hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.