Language of document : ECLI:EU:T:2013:94





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-26 ta’ Frar 2013 — Castiglioni vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-591/10)

“Rikors għal annullament — Rikors għad-danni — Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Kostruzzjoni, ristrutturar u manutenzjoni ta’ bini u ta’ infrastruttura fis-sit ta’ Ispra taċ-Ċentru Komuni ta’ Riċerka — Kriterji ta’ selezzjoni — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor — Motivi ġodda — Rikors parzjalment manifestament nieqes minn kull bażi legali u parzjalment manifestament inammissibbli”

1.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku għal xogħlijiet, li ma tiġix aċċettata offerta — Teħid inkunsiderazzjoni, bħala motivazzjoni, tat-tweġibiet ta’ istituzzjoni għat-talbiet ta’ offerent miċħud — Kundizzjonijiet — Assenza ta’ sostituzzjoni ta’ motivazzjoni ġdida mal-motivazzjoni inizjali — Evalwazzjoni tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tar-rikorrenti fil-mument tal-preżentata tar-rikors (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002) (ara l-punt 27)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Assenza ta’ argumenti insostenn tat-talba — Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ), u 48(2)) (ara l-punti 34, 49-51)

3.                     Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Kundizzjonijiet — Motiv ibbażat fuq elementi rrilevati fil-mori tal-kawża — Portata — Motiv ibbażat fuq elementi magħrufa u allegati sa mill-preżentata tar-rikors — Esklużjoni — Estensjoni ta’ motiv eżistenti — Esklużjoni — Inammissibbiltà tal-motivi li ma jissodisfawx il-karatteristiċi ta’ motiv ġdid (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ), u 48(2)) (ara l-punti 34-36, 40, 41)

4.                     Rikors għal annullament — Suġġett — Deċiżjoni bbażata fuq diversi punti ta’ raġunament, li kollha huma suffiċjenti sabiex id-dispożittiv ikun ibbażat fuqhom — Deċiżjoni, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku għal xogħlijiet, li ma tiġix aċċettata offerta — Motivi dwar żball jew illegalità oħra li jaffettwaw biss wieħed mill-punti ta’ raġunament — Motiv ineffettiv biex jagħti lok għall-annullament tad-deċiżjoni (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002) (ara l-punti 44, 45)

5.                     Rikors għad-danni — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni sħiħa — Ordni indirizzata lil istituzzjoni bil-għan li jiġi kkumpensat id-dannu allegat — Inammissibbiltà (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punt 58)

6.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Talba intiża għall-kumpens tad-danni kkawżati minn istituzzjoni tal-Unjoni — Assenza ta’ preċiżjoni fir-rigward tad-dannu subit — Inammissibbiltà (Artikolu 340 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 59, 60)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ottubru 2010, li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti ISM/2010/C05/004/0C dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim qafas multiplu għat-twettieq ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, ta’ ristrutturazzjoni u ta’ manteniment tal-bini u tal-infrastruttura fis-sit ta’ Ispra taċ-Ċentru Komuni ta’ Riċerka tal-Kummissjoni, tad-deċiżjoni li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor, kif ukoll tas-sejħa għal offerti u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Castiglioni Srl hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.