Language of document : ECLI:EU:T:2012:336

SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

3 ta’ Lulju 2012

Kawża T‑594/10 P

Luigi Marcuccio

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Sigurtà soċjali – Rimbors tal-ispejjeż mediċi – Att li jikkawża preġudizzju – Rifjut impliċitu”

Suġġett:      Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tas-6 ta’ Ottubru 2010, fil-Kawża Marcuccio vs Il‑Kummissjoni (F‑2/10), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Deċiżjoni:      Id-Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2010, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni (F‑2/10), huwa annullat. Il-kawża hija rrinvjata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. L-ispejjeż huma rriżervati.

Sommarju

Uffiċjali – Appell – Att li jikkawża preġudizzju – Kunċett – Assenza ta’ risposta definittiva għal talba – Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90)

Ittra li permezz tagħha l-persuna kkonċernata hija informata li t-talba tagħha qegħda tiġi eżaminata ma tfissirx li t-talba inkwistjoni ntlaqgħet, anki jekk l-ittra inkwistjoni tindika li probabbilment ser tintlaqa’. F’tali ipoteżi, l-assenza ta’ risposta definittiva għat-talba fit-terminu previst mill-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal tfisser deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda li tista’ tiġi kkontestata fis-sens tal-Artikolu 90(2). Fil-fatt, soluzzjoni fejn jiġi kkunsidrat li l-eżistenza ta’ din l-ittra teskludi deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda għandha l-konsegwenza li l-persuna kkonċernata tiġi mċaħħda minn kull rimedju fil-każ fejn l-amministrazzjoni tonqos milli tieħu pożizzjoni dwar it-talba inkwistjoni. Tali riżultat huwa kuntrarju kemm għall-kliem kif ukoll għall-ispirtu tal-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal.

(ara l-punti 21 u 22)