Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Diċembru 2010 - El Corte Inglés vs UASI

(Kawża T-593/10)

Lingwa tal-kaw'ża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Rivas Zurdo u Seijo Veiguela, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jian Min Ruan (Mem Martins, il-Portugall)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta' Ottubru 2010, mogħtija fil-Każ R 576/2010-2, u tiddikjara li skont l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, il-UASI kellu jilqa' l-appell tal-parti li ressqet l-oppożizzjoni u li d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tilqa' r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja "B" (MIXTA) fl-intier tagħha, taħt in-Nru 6.379.721 kellha tiġi miċħuda; u

tikkundanna għall-ispejjeż il-parti jew partijiet li jopponu dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Jian Min Ruan.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva ħamra u bajda li tinkludi l-ittra "B" għal prodotti fil-klassi 25.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-ittra "B" għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1 inkwantu hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)