Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Marzu 2011 - Castiglioni vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-591/10 R)

"Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura ta' sejħa għal offerti - Ċaħda ta' offerta - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Castiglioni Srl (Busto Arsizio, l-Italja) (rappreżentant: G. Turri, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u N. Bambara, aġenti, assistiti minn D. Gullo, avukat)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji mressqa fil-kuntest tal-proċedura ta' għoti ta' kuntratt relatat mal-konklużjoni ta' ftehim-qafas multipliku għall-eżekuzzjoni ta' xogħlijiet ta' kostruzzjoni, ta' rinovazzjoni u ta' manutenzjoni ta' bini u infrastrutturi fis-sit ta' Ispra (l-Italja) taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________