Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Lulju 2011 - Holcim (Deutschland) u Holcim vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-293/11 R)
["Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Talba għal informazzjoni - Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza"]
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Holcim AG (Hamburg, il-Ġermanja) u Holcim Ltd (Rapperswil-Jona, l-Isvizzera) (rappreżentanti: P. Niggemann u K. Gaßner, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer, R. Sauer u C. Hödlmayr, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2363 finali, tal-31 ta' Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ 39520 - Siment u prodotti reletati mas-siment).
Dispożittiv
It-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni hija miċħuda.
L-ispejjeż huma rriżervati.
____________