Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-18 ta’ April 2023 – P. sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Warszawie

(Kawża C-241/23, Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Warszawie)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: P. sp. z o.o.

Konvenut: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Warszawie

Domanda preliminari

Bi ħlas miksub jew li għandu jinkiseb mill-fornitur għall-kunsinni ta’ oġġetti, li huwa inkwistjoni fl-Artiklu 73 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 , għandu jinftiehem il-valur nominali tal-azzjonijiet sottoskritti, jew il-valur ta’ ħruġ tagħhom, jekk il-partijiet ikunu stipulaw li l-ħlas miksub ser ikun ikkostitwit mill-valur ta’ ħruġ tal-azzjonijiet?

____________

1     ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.