Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Ġunju 2011 - Süd-Chemie vs UASI - BYK-Cera (CERATIX)

(Kawża T-312/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Süd-Chemie AG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Baron von der Osten-Sacken u A. Wenninger-Lenz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: BYK-Cera BV (Deventer, il-Pajjizi l-Baxxi)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tat-8 ta' April 2011 (Kaz R 1585/2010-4);

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: BYK-Cera BV

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "CERATIX" għal prodotti fil-klassi 1 - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 6 358 832

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark nazzjonali verbali "CERATOFIX" għal prodotti fil-klassi 1

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 15 u 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009, billi l-konvenut:

-    issottovaluta b'mod żbaljat il-valur probatorju tal-provi prodotti mir-rikorrenti minħabba li dawn joriġinaw mill-isfera tal-attività tar-rikorrenti stess;

-    naqas milli jikkunsidra l-"użu ġenwin" tal-miżuri promozzjonali;

-    ma kkunsidrax il-fatti rilevanti kollha fl-evalwazzjoni tal-użu attwali u

-    ma evalwax l-użu tal-evidenza kollha kemm hi.

____________