Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Eurallumina vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-308/11) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Elettriku – Tariffa preferenzjali – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Għajnuna ġdida”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Eurallumina SpA (Portoscuso, l-Italja) (rappreżentanti: V. Leone, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u É. Gippini Fournier, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament, f’dak li jikkonċerna lir-rikorrenti, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/746/UE, tat-23 ta’ Frar 2011, dwar għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Italja lil Portovesme Srl, ILA SpA, Eurallumina SpA u Syndial SpA (Miżuri ta’ għajnuna mill-Istat C 38/B/04 (ex NN 58/04) u C 13/06 (ex N 587/05) (ĠU L 309, p. 1), sussidjarjament, talba għall-annullament tal-Artikoli 2 u 3 tal-imsemmija deċiżjoni, u dan tal-aħħar sa fejn hemm ordnat il-ħlas lura tal-għajnuna li kienet ingħatat lir-rikorrenti, u, b’mod iktar sussidjarju, talba għall-annullament tal-Artikolu 3 tal-istess deċiżjoni, dejjem f’dak li jikkonċerna lir-rikorrenti.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Eurallumina SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.