Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Settembru 2008 - Lemans vs UASI- Turner (ICON)

(Kawża T-389/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lemans Corporation (Janesville, United States) (rappreżentant: M. Cover, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Stephen Turner (Luddington, Ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-3 ta' Lulju 2008 fil-każ R 778/2007-2;

tiddikjara li l-oppożizzjoni tiġi rrifjutata u li t-trade mark Komunitarja kkontestata tista' tiġi rreġistrata;

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "ICON" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 18 u 25 - talba għal reġistrazzjoni Nru 2 197 440

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali nazzjonali "IKON" għal prodotti fil-klassi 9 - trade mark irreġistrata fir-Renju Unit taħt in-numru 2 243 676

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Icaħda tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fit-totalità tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: ċaħda tal-appell

Motivi invokati: il-Bord tal-Appell sostna inġustament li l-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell kellha locus standi biex tressaq oppożizzjoni

____________