Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Ottubru 2009 - Bank Melli Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T-390/08)1

("Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta' fondi - Rikors għal annullament - Stħarriġ ġudizzjarju - Abbuż ta' poter - Trattament ugwali - Proporzjonalità - Dritt ta' proprjetà - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Obbligu ta' motivazzjoni - Kompetenza tal-Komunità")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bank Melli Iran (Tehran, l-Iran) (rappreżentant: L. Defalque, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropej (rappreżentanti: M. Bishop, E. Finnegan u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: V. Jackson, aġent, assistit minn S. Lee, barrister); Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. De Bergues, L. Butel u E. Belliard, aġenti); u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Aalto u E. Cujo, aġenti)

Suġġett

Annullament tal-punt 4 tat-Tabella B tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/475/KE, tat-23 ta' Ġunju 2008, li timplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 163, p. 29), sa fejn jikkonċerna lill-Bank Melli Iran u lill-fergħat tiegħu.

Dispożittiv

    Ir-rikors huwa miċħud.

    Bank Melli Iran għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

    Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, ir-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1 - ĠU C 272, 25.10.2008.