Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Settembru 2010 - Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-387/08) 1

"Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti tal-Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet - Provvista ta' servizzi tal-informatika - Ċaħda tal-offerta ta' offerent - Rikors għal annullament - Kriterji u subkriterji ta' għoti - Obbligu ta' motivazzjoni - Trattament ugwali - Transparenza - Żball manifest ta' evalwazzjoni - Abbuż ta' poter - Talba għad-danni"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u Paraskevi Katsimani, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u N. Bambara, aġenti, assistiti minn J. Stuyck, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, tal-20 ta' Ġunju 2008, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti AO 10185, għas-servizzi tal-informatika ta' manutenzjoni tas-sistemi SEI-BUD/AMD/CR u tas-servizzi relatati, kif ukoll tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandha tbati 90 % tal-ispejjeż tagħha u 90 % tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, din tal-aħħar għandha tbati 10 % tal-ispejjeż tagħha u 10 % tal-ispejjeż sostnuti minn Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis.

____________

1 - ĠU C 301, 22.11.2008.