Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Settembru 2012 - Schlyter vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-402/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Carl Schlyter (Linköping, l-Isvezja) (rappreżentanti: O. Brouwer u S. Schubert, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Tannulla r-rifjut tal-Kummissjoni Ewropea li tagħti aċċesss sħiħ jew parzjali għall-opinjoni u l-osservazzjonijiet tagħha maħruġa b'risposta għall-avviż 2011/673/f dwar il-kontenut u l-kundizzjonijiet ta' sottomissjoni ta' dikjarazzjonijiet annwali ta' sustanzi fl-istat ta' nanoparticle, magħmula mir-Repubblika Franċiża taħt id-Direttiva 98/34/KE 2;

Tordna l-Kummissjoni Ewropea tħallas l-ispejjeż tar-rikorrent skont l-Artikolu 87 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inklużi l-ispejjeż ta' kull parti intervenjenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żbalji ta' liġi u żbalji manifesti ta' evalwazzjoni u nuqqas ta' motivazzjoni fl-applikazzjoni tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001  u l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 , peress li:

l-proċedura taħt id-Direttiva 98/34/KE ma taqax fl-eċċezzjoni tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) għall-prinċipju ġenerali ta' żvelar fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001;

t-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 kienu applikati b'mod żbaljat meta nstab li l-iżvelar tad-dokument mitlub kien idgħajjef b'mod speċifiku u effettiv l-interess tal-Kummissjoni fil-proċedura taħt id-Direttiva 98/34/KE.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta' liġi, żball manifest ta' evalwazzjoni u nuqqas ta' motivazzjoni fl-applikazzjoni tat-test tal-interess pubbliku prevalenti kif meħtieġ mit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006, peress li:

f'dan il-każ, l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 isaħħaħ l-interess pubbliku prevalenti. Id-deċiżjoni kkontestata tonqos milli tieħu kont tal-interess pubbliku prevalenti fl-iżvelar tad-dokument mitlub, u tinkludi żball ta' liġi, żball manifest ta' evalwazzjoni u nuqqas ta' motivazzjoni fl-applikazzjoni taż-żewġ dispożizzjonijiet legali msemmija hawn fuq.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball ta' liġi, żball manifest ta' evalwazzjoni u nuqqas ta' motivazzjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, peress li:

d-deċiżjoni kkontestata jonqosha kull motivazzjoni u hija vvizzjata minn żball manifest ta' evalwazzjoni sa fejn ma tatx aċċess parzjali skont l-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

____________

1 - Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta' Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337)

2 - Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331)

3 - Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta' Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, p. 13)