Language of document : ECLI:EU:T:2016:411

Kawża T‑146/09 RENV

Parker Hannifin Manufacturing Srl, li kienet Parker ITR Srl

u

Parker-Hannifin Corp.

vs

Il‑Kummissjoni Ewropea

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-manek marittimi – Ftehimiet ta’ iffissar tal-prezzijiet, tqassim tas-suq u skambji ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur – Prinċipju ta’ kontinwità ekonomika – Prinċipju ta’ responsabbiltà personali – Multi – Ċirkustanzi aggravanti – Rwol ta’ tmexxija – Limitu massimu ta’ 10 % – Ġurisdizzjoni sħiħa”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016

1.      Proċedura ġudizzjarja – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li torbot lill-Qorti Ġenerali – Kundizzjonijiet – Rinviju konsegwenti għal appell – Punti ta’ liġi maqtugħin definittivament mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-appell – Awtorità ta’ res judicata – Portata

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 u Artikolu 61; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 215)

2.      Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni – Eżami ex officio mill-qorti

(Artikolu 263 TFUE)

3.      Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Kundizzjonijiet – Estensjoni ta’ motiv eżistenti – Ammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 84(1))

4.      Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija omm u sussidjarji – Prinċipju ta’ kontinwità ekonomika – Trasferiment fi ħdan il-grupp tal-attivitajiet li jikkostitwixxu ksur – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija omm fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha – Natura konfutabbli – Oneru tal-prova

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

5.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Evalwazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont iċ-ċirkustanzi tal-każ – Neċessità li jiġu speċifikati l-elementi kollha ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti – Assenza

(Artikolu 296 TFUE)

6.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Ugwaljanza fit-trattament – Kunċett

7.      Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Gravità tal-ksur – Ċirkustanzi aggravanti – Rwol ta’ mexxej tal-ksur – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 28)

8.      Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Marġni diskrezzjonali rriżervat għall-Kummissjoni

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 28)

9.      Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Gravità tal-ksur – Ċirkustanzi aggravanti – Rwol ta’ mexxej tal-ksur – Impossibbiltà għal impriża li tinvoka favur tagħha illegalità mwettqa favur impriża oħra li pparteċipat fl-akkordju

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 28)

10.    Kompetizzjoni – Multi – Responsabbiltà in solidum għall-ħlas – Portata – Imputabbiltà lill-kumpannija omm tal-aġir li jikkostitwixxi ksur tas-sussidjarja tagħha – Determinazzjoni tal-ammont tal-multa li għandha titħallas mill-kumpannija omm – Osservanza tal-prinċipju ta’ individwalizzazzjoni tal-pieni u tas-sanzjonijiet – Responsabbiltà in solidum tal-kumpannija omm għall-ksur imwettaq mis-sussidjarja tagħha qabel l-akkwist tagħha – Assenza

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(3))

11.    Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Ammont massimu – Kalkolu – Dħul mill-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni – Impriża akkwistata minn impriża oħra li kienet tikkostitwixxi entità ekonomika distinta fil-mument tal-ksur – Teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul mill-bejgħ speċifiku għal kull waħda minn dawn l-entitajiet ekonomiċi

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

12.    Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni – Portata

(Artikoli 101 TFUE u 261 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 21, 22)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 38)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 39, 40)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 45‑49, 54)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 82)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 88)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 98‑102, 124, 125)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 126)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 138)

10.    Fir-rigward tal-ksur tal-prinċipju ta’ responsabbiltà personali, jekk l-aġir illegali ta’ sussidjarja jista’ jiġi imputat lill-kumpannija omm tagħha, jista’ jitqies li dawn il-kumpanniji jagħmlu parti, matul il-perijodu ta’ ksur, mill-istess unità ekonomika u li jifformaw għalhekk impriża waħda, fis-sens tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa sussegwentement leġittimu li l-Kummissjoni tikkunsidra lill-kumpannija parent responsabbli in solidum għall-aġir li jikkostitwixxi ksur tas-sussidjarja tagħha matul dan il-perijodu u, konsegwentement, għall-ħlas tal-ammont tal-multa imposta fuq din tal-aħħar.

Barra minn hekk, fil-kuntest tal-istabbiliment tar-relazzjoni esterna ta’ responsabbiltà in solidum, jiġifieri r-relazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-persuni differenti li jikkostitwixxu l-impriża, li jistgħu jissejħu sabiex iħallsu l-ammont tal-multa kollha kemm hi imposta fuq din l-impriża, ċerti restrizzjonijiet huma imposti fuq il-Kummissjoni, b’mod partikolari, l-osservanza tal-prinċipju ta’ individwalizzazzjoni tal-pieni u tas-sanzjonijiet li jeħtieġ li, konformement mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003, l-ammont tal-multa li għandha titħallas in solidum għandu jiġi stabbilit skont il-gravità tal-ksur li l-impriża kkonċernata hija kkritikata bih u t-tul tiegħu.

Issa, konfigurazzjoni ta’ responsabbiltà in solidum li tippermetti lill-Kummissjoni li teħtieġ li waħda mill-kumpanniji omm tħallas il-multa li tissanzjona l-ksur li huwa kkritikat, għal parti oħra tal-perijodu ta’ ksur, fil-konfront ta’ impriża li qatt ma għamlet parti minnha tmur kontra l-prinċipju ta’ individwalizzazzjoni tal-pieni u tas-sanzjonijiet.

Iktar speċifikament, kumpannija ma tistax tinżamm responsabbli għall-ksur imwettaq indipendentement mis-sussidjarji tagħha qabel id-data tal-akkwist tagħhom, peress li dawn tal-aħħar għandhom huma stess jirrispondu għall-aġir illegali tagħhom qabel dan l-akkwist mingħajr ma l-kumpannija li akkwistathom tkun tista’ tinżamm responsabbli.

Konsegwentement, il-Kummissjoni twettaq żball ta’ liġi meta, bi ksur tal-prinċipju ta’ responsabbiltà personali, hija tapplika żieda ta’ 30 % lill-ammont tal-multa li għandha titħallas in solidum mill-kumpannija omm, minħabba fiċ-ċirkustanza aggravanti li ġejja mir-rwol ta’ mexxej li wettqet is-sussidjarja tagħha waqt perijodu li matulu ż-żewġ kumpanniji ma kien għad kellhom ebda rabta bejniethom.

(ara l-punti 141‑144, 154)

11.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 160, 161, 166, 174)

12.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 169, 170)