Language of document : ECLI:EU:F:2008:101

DIGRIET TAL-PRESIDENT TAL-EWWEL AWLA

TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

4 ta’ Settembru 2008

Kawża F-54/05

Fernanda Ehrhardt

vs

Il-Parlament Ewropew

“Ftehim bonarju fuq l-inizjattiva tat-Tribunal – Tħassir”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu F. Ehrhardt titlob, b’mod partikolari, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li tiċħad it-talba tagħha għar-restituzzjoni tal-benefiċċju ta’ 207 sigħat u 30 minuta li ġew miżmuma mil-leave annwali tagħha, mir-remunerazzjoni u mill-pensjoni tagħha rispettivament.

Deċiżjoni: Il-Kawża F‑54/05, Ehrhardt vs Il-Parlament, tħassret mir-reġistru tat-Tribunal. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Sommarju

Uffiċjali – Rikors – Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir mir-reġistru

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 69 u 74)